6 każi ġodda ta’ coronavirus

Aġġornat 09:43 PM
Miguela Xuereb

Read in English.

F’Malta ġew reġistrati sitt każi ġodda ta’ coronavirus mill-party tal-‘hotel takeover’.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li l-każi tal-lum huma parti mill-cluster ta’ każi relatati mal-każ tal-bieraħ. Il-persuna li nstabet pożittiva għall-coronavirus matul il-jum tal-bieraħ jidher li attendiet għall-party li sar il-weekend li għadda bl-isem ta’ Hotel Takeover. Dan ġie organizzat minn G7 events u Sound Salon. Il-party sar fil-lukanda tar-Radisson.

Sorsi infurmati qalu lil Newsbook.com.mt li s-sitt każi tal-lum huma kollha Maltin.

L-Awtoritajiet għas-Saħħa Pubblika rrakkomandaw lil dawk kollha li attendew dan l-avveniment biex jagħmlu swab test għall-coronavirus. Dawn għandhom iċemplu 111 għall-appuntament, anke jekk m’għandhom l-ebda sintomi.

Valentina Rossi tgħid li m’għandhiex il-virus

Il-Ġimgħa filgħaxija, il-preżentatriċi tar-radju Valentina Rossi qalet li qed tiċċirkola aħbar falza li għandha l-coronavirus. Hija ċaħdet din l-allegazzjoni.

Fuq Facebook Rossi qalet li kienet fil-Hotel Takeover event u li segwiet il-linji gwida kollha. Qalet li marret għall-iswab test tal-COVID-19 u li r-riżultat ħareġ negattiv.

After a day filled with anxiety trying to calm my friends and family down, someone thought it would be funny to create…

Posted by Valentina Rossi on Friday, July 24, 2020