6 każi ġodda; ifiqu 5

Miguela Xuereb

Read in English.

Malta reġistrat 6 każi ġodda ta’ coronavirus. Intant fiqu 5 persuni oħra.

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li fl-aħħar 24 siegħa saru 1236 swab tests.

Irriżulta li żewġ każijiet tal-lum huma parti minn cluster filwaqt li erba’ każijiet huma każi sporadiċi.

Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li se tkun qed titneħħa l-emerġenza ta’ saħħa pubblika fil-pajjiż. Qal ukoll li mill-15 ta’ Lulju, il-pajjiż se jerġa’ lura għan-normalità hekk kif se jitneħħew l-aħħar ftit restrizzjonijiet u l-ivvjaġġar se jinfetaħ għal kollox.