6 Kattoliċi maqtula f’belt Afrikana

Read in English.

Persuni armati qatlu sitt persuni inkluż saċerdot barra knisja Kattolika f’Burkina Faso fl-Afrika aktar kmieni llum. Dan huwa t-tieni attakk fuq l-Insara f’ġimgħatejn, f’pajjiż fejn dejjem qed jiżdiedu attakki ta’ dan it-tip.

In-nies kienu ħerġin mill-knisja, meta madwar 20 persuna dawruwhom u sparaw fuqhom. Skont Reuters, is-sindku tal-belt tat-Tramuntana ta’ Dablo huwa wieħed mix-xhieda ta’ dak li ġara. L-agressuri mbad ħarqu l-knisja, serqu spiżerija u xi ħwienet u telqu minn fuq il-post b’numru ta’ vetturi.