6 katavri jiddendlu minn pontijiet fil-Messiku

Sitt katavri nstabu mdendlin minn tliet pontijiet differenti fl-istess reġjun fil-Messiku.
Il-katavri nstabu fl-istat ta’ Baja California Sur, wieħed mill-iktar żoni popolari mat-turisti. L-identità tal-vittmi għadha mhix magħrufa.
Skont il-midja internazzjonali, din it-tip ta’ vjolenza f’postijiet turistiċi fil-Messiku, li xi darba kienet rari, qiegħda dejjem tiżdied. Bejn Jannar u Ottobru, mal-400 persuna inqatlu b’mod vjolenti fl-istess akwati.
Iktar minn 200,000 persuna inqatlu jew għebu minn meta l-Gvern Messikan iddikjara gwerra kontra l-kriminalità organizzata f’Diċembru tal-2006.
Il-ħidma tal-militar fil-Messiku wasslet biex diversi gruppi kriminali jinqerdu. Ikkawżat ukoll firda f’oħrajn, però ġew iffurmati wkoll gruppi kompletament ġodda.