6 jinqatlu b’tiri fi sptar fir-Repubblika Ċeka

Police officers stand guard near the site of a shooting in front of a hospital in Ostrava, Czech Republic, December 10, 2019. REUTERS/Lukas Kabon

Sitt persuni nqatlu b’tiri waqt li kienu qed jistennew biex jinqdew fi sptar fil-belt ta’ Ostrava fir-Repubblika Ċeka.

Dan qed jitqies bħala l-agħar każ tan-natura tiegħu fil-pajjiż, wara li fl-2015 raġel kien qatel tmien persuni f’restorant.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-7.15am ta’ dalgħodu qrib l-Isptar tal-Università f’Ostrava, qrib il-fruntiera mal-Polonja.

L-aggressur għadu ma nstabx u għadu mhux magħruf il-mottiv tal-qtil.

L-isptar ġie evakwat.