6 jinqabdu jsuqu xurbana; 520 vettura spezzjonata

Pulizija
Miguela Xuereb

Matul il-lejl li għadda, 6 persuni nstabu li kienu qed isuqu taħt l-effett tal-alkoħol.

Fi stqarrija mingħand il-Pulizija, ġie spjegat li twaqqfu mal-520 vettura. Kien hemm persuna li rrifjutat tonfoħ fil-breathalyser, u għalhekk ma tħallitx issuq.

Numri ta’ persuni oħra tħarrku għal raġunijiet varji. Dawn kienu jinkludu sewqan
mingħajr liċenzja valida, użu ta’ vettura mingħajr iċ-ċintorin tas-sigurtà, sewqan ta’
vettura mingħajr liċenzja valida tat-triq u polza tal-assigurazzjoni, vettura li kienet qed
tinstaq b’numri tar-reġistrazzjoni neqsin u dawl mhux skond il-liġi, fost diversi ksur ta’
regolamenti oħra.

L-ispezzjonijiet twettqu minn membri mis-Sezzjoni tat-Traffiku flimkien mal-Pulizija tad-Distretti, tar-Rapid Intervention Unit (RIU), tal-Environmental Protection Unit (EPU) u sezzjonijiet oħra.