6 jiksru l-kwarantina; lukanda f’Tas-Sliema terġa’ tikser il-liġi

CMRU

Read in English.

L-istess lukanda f’Tas-Sliema, li nhar il-Ħadd nstabu fiha 80 ħaddiem barrani, illum instabu fiha 11-il persuna oħra waqt spezzjoni minn uffiċjali tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Il-lukanda suppost hija magħluqa b’avviż ta’ infurzar. 

Fil-lukanda nstabu wkoll indikazzjonijiet li fiha kien hemm aktar persuni. Saret talba biex jinqata’ d-dawl u l-ilma tal-lukanda. 

Illum, minn 471 spezzjoni madwar Malta u Għawdex, sitt persuni nstabu jiksru l-kwarantina obbligatorja u ġew immultati €3,000 kull wieħed.

Intant l-istabbilimenti tal-ikel jew ix-xorb komplew iħarsu r-regolamenti imposti biex jibqgħu magħluqa. B’kollox saru kważi 550 spezzjoni. 

Il-Pulizija llum ħarġet ukoll tmien multi ta’ €100 lil persuni li kienu fi gruppi ta’ erba’ jew iktar. 

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn