6 jaqdfu madwar Malta għal għarfien dwar it-tniġġis tal-plastik

Facebook / Cami Appelgren

Sitt attivisti se jkunu qed idur madwar Malta permezz ta’ kayak nhar is-Sibt u l-Ħadd. Dan se jkunu qed jagħmluh biex tkun enfasizza l-kwistjoni tad-debris fil-baħar u t-tniġġis tal-plastik. L-avveniment li kien inizjalment skedat għall-aħħar ta’ April kellu jiġi pospost minħabba kundizzjonijiet ħżiena tat-temp.

L-attivitisti li se jkunu qed jieħdu sehem huma; Camila Appelgren li tmexxi l-paġna popolari fuq Facebook, Malta Clean Up, Alan Borg, David Abela, Maggie Goraj u Luca Catania.

Is-sitt parteċipanti bdew il-ġurnata minn kmieni hekk kif bdew din l-attività fis-6:00am minn Birżebbuġa u qadfu sa Ħad-Dingli. It-tir tagħhom hu li jilħqu jaslu sal-Marfa mhux aktar tard mis-7:00pm fejn mistennija jiltaqgħu mall-pubbliku. Huma se jkunu qed jikkampjaw barra tul il-lejla biex umbad l-għada jkomplu bl-attività.

Guys…. anyone wanting to join the most amazing kayaking team ever for some beers after our first day at sea are…

Posted by Cami Appelgren on Friday, June 21, 2019

Il-pubbliku qed ikun imħeġġeġ biex inaddaf fil-post fejn ikun, itella’ ritratt fuq il-midja soċjali u jinkludi l-hashtag #2MinuteCleanup biex jiżdied l-għarfien.