6 itfal fost 15-il persuna maqtula fi ġlied fi Sri Lanka

REUTERS/Dinuka Liyanawatte

L-iġsma ta’ 15-il persuna, inkluż sitt itfal, instabu f’sit fejn seħħet ġlieda bl-użu ta’ armi tan-nar fil-kosta tal-Lvant tas-Sri Lanka. Dan skont kelliem militari li qal li l-każ seħħ sitt ijiem biss wara li aktar minn 250 persuna nqatlu fuq l-istess gżira.

Il-ġlied bejn truppi u dawk li qed jiġu suspettati li huma militanti Iżlamisti beda l-Ġimgħa filgħaxija f’Sainthamaruthu fid-distrett ta’ Ampara. Skont il-Pulizija, tliet persuni suspettati b’bombi suwiċida kienu fost il-15 mejta wara li seħħ dan il-każ.

L-Istat Iżlamiku kien ħa r-responsabbiltà tal-attakk li seħħ il-Ħadd li għadda, tal-postijiet kollha ħlief waħda li seħħet fil-kapitali Colombo. Il-Gvern qal li dan l-attakki kienu ġew immexxija minn disa’ persuna li huma edukati, u tmienja minn dawn ġew identifikati.

L-awtoritajiet wissew li jista’ jkun hemm aktar attakki mmirati fuq ċentri reliġjużi wara l-attakk tal-Ħadd li għadda li farrak il-kalma tal-pajjiż fil-maġġoranza Buddhist.