6 iljunfanti jmutu f’kaskata

Read in English.

Sitt iljunfanti mietu wara li waqgħu fil-kaskata fil-Park Nazzjonali Khao Yai tat-Tajlandja.

Tim ta’ uffiċjali tal-park kienu qed jimbuttaw iljunfanti lura fil-foresta mit-triq ewlenija meta semgħu l-għajjat qawwija ta’ ljunfanti għall-ħabta tat-3 tas-Sibt filgħodu.

L-uffiċjali marru jiċċekkjaw u sabu għoġol ta’ iljunfant li għandu madwar 3 snin li kien għereq fl-ewwel biċċa tal-kaskata. Raw ukoll żewġ iljunfanti oħra jippruvaw jgħinu lill-għoġol. Rapporti qalu li l-iljunfanti dehru għajjiena.Għall-ħabta tas-6 l-uffiċjali niżlu fiż-żona taħt il-kaskata u sabu lill-iljunfanti mgħarrqa. Il-kaskata ngħalqet għall-pubbliku wara l-inċident.