6 fatti kurjużi dwar il-qwiebel

Propju llum, bosta entitajiet rappreżentattivi tal-qwiebel ifakkru x-xogħol siewi li jagħmlu dawn il-persuni fit-twelid tat-trabi, fosthom l-Union Maltija għall-Infermiera u l-Qwiebel. Minkejja li kulħadd jaf ix-xogħol li jgħamlu l-qwiebel huwa importanti, ftit huma dawk li jafu dawn il-fatti dwarhom.

  1. Il-qwiebel huma aktar preżenti minn tabib waqt il-ħlas – Il-qwiebel ikunu mal-omm matul il-ħlas kollu, it-tabib jiġi mitlub jassisti meta tkun wasalt fl-aħħar tal-ħlas.
  2. Nisa li jiġu mgħejjuna mill-qwiebel hemm inqas ċans li jkollhom iwelldu permezz ta’ ċesarja.
  3. Xogħol il-qwiebel mhuwiex biss waqt il-ħlas iżda jistgħu ikoll jagħtu l-istess kura li jagħti ginekologu bħal testijiet ta’ rutina u screenings.
  4. M’hemm l-ebda regola li tgħidlek li trid tkun mara biex tieħu dan l-irwol.
  5. Il-qwiebel nisa ilhom jeżistu fl-istorja tal-bniedem għal eluf ta’ snin, filwaqt li l-irġiel bdew jidhru fis-seklu 18.
  6. Fil-medju evu, il-qwiebel kienu jingħadu li kienu sħaħar u ħafna kienu jispiċċaw jinqatlu b’piena ta’ ħruq.