6% aktar isiefru minn Malta

Bejn April u Ġunju li għadda, in-numru ta’ vjaġġi ta’ turisti li telqu minn Malta kien jammonta għal 100,175, żieda ta’ 6% fuq l-istess xhur tas-sena li għaddiet.
Skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, in-numru ta’ vjaġġi lejn pajjiżi Ewropej kien ta’ 72,597, żieda ta’ ftit aktar minn 8%.
L-Italja u r-Renju Unit kienu l-aktar pajjiżi popolari ma’ kull min isefer minn Malta.
B’kollox, qattgħu 673,650 lejl ‘il bogħod minn Malta, b’ħafna minnhom qagħdu f’postijiet ta’ akkomodazzjoni privati.