6 ajruplani oħra għal Ryanair

Arkivji

Il-kumpanija tal-ajru Ryanair se talloka 6 ajruplani minn Novembru li ġej fil-bażi tagħha ta’ Dublin fl-Irlanda biex tlaħħaq mad-domanda fl-iskeda tax-xitwa li ġejja.

Skont il-kumpanija, din id-deċiżjoni ttieħdet fid-dawl tal-ftehim li ntlaħaq mal-bdoti u mal-ekwipaġġ wara ħames t’ijiem ta’ strajk fix-xhur ta’ Lulju u ta’ Awwissu. Il-kumpanija stqarret li l-istrajk ħalla effetti ħżiena fuq il-profitti tal-kumpanija u għalhekk ħabbret li se tirrkonoxxi l-unjins li jirrappreżentaw lill-ħaddiema tagħha.

Intant, l-istqarrija spjegat li din is-sena l-kumpanija mistennija tnaqqas il-qligħ bi 15% minħabba l-ispejjeż tal-pagi u tal-fjuwil.