6 affarijiet li trid tagħmel jekk se ssiefer

L-Għaqda Dinjijia tas-Saħħa (WHO) ippubblikat lista’ ta sitt affarijiet li wieħed għandu jagħmel jekk se jsiefer fiż-żmien li ġej.

Hekk kif id-dinja qed tipprova tlaħħaq mal-pandemija tal-Coronavirus, il-WHO qalet li kull min se jsiefer għandu:

  1. Jimxi mal-linji gwida tal-kumpanija rispettiva tal-ajru li se jsiefer magħha.
  2. Jaħsel idejh ta’ spiss.
  3. Iġorr dejjem miegħu disinfectant wipes biex inaddaf kwalunkwe wiċċ jew oġġett li jkun se jmiss waqt li jkun qed jivjaġġa u wara li jkun lest minnha jarmiha f’borża ssiġillata tal-plastik.
  4. Jipprova jżomm distanza ta’ metru bogħod minn persuni oħra fejn hu possibli.
  5. Jipprova jimxi mas-sinjali u stickers li jkun hemm fl-art fl-ajruport biex iżomm id-distanza meħtieġa.
  6. Jilbes maskra biex jipproteġi ruħu aħjar u b’mod iktar effettiv.

During COVID-19, taking precautions is essential when you travel by ✈️.Here are steps you can follow before taking a flight 👇

Posted by World Health Organization (WHO) on Saturday, August 8, 2020

Sadanittant il-WHO ħarġet stqarrija separata rigward l-użu tal-maskri fejn qalet li jekk se ssiefer u għandek iktar minn 60 sena, jew għandek xi kundizzjoni medika għandek tilbes maskra medika. Din it-tip ta’ maskra tipproteġik ferm aħjar mill-virus waqt l-ivjaġġar.

Nies li huma b’saħħithom u m’għandhom l-ebda sintomi jistgħu jilbsu maskra tad-drapp biex jipprevenu mit-tixrid tal-virus.

What kind of mask should you wear while flying during COVID-19 ❓😷 Medical mask for those over 60 or people with underlying health conditions😷 Fabric mask for people who feel healthy and have no symptoms

Posted by World Health Organization (WHO) on Sunday, August 9, 2020