​6,223 persuna jitilfu l-impjieg minn Marzu 2013

Minn Marzu 2013, kien hemm 6,223 persuna li tilfu l-impjieg tagħhom għaliex twaqqfu mix-xogħol jew għaliex l-entità li magħha kienu jaħdmu, għalqet.
5,773 persuna li tilfu l-impjieg jgħixu f’Malta waqt li l-450 persuna l-oħra jgħixu f’Għawdex.
Il-Ministru Evarist Bartolo, fi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari, qal li minn dawn il-ħaddiema, 1,212-il persuna f’Malta u 134 f’Għawdex twaqqfu mix-xogħol għax l-entità li kienu jaħdmu magħha għalqet.
Minn dawn, 601 persuna sabu xogħol f’Malta waqt li 77 persuna sabu xogħol f’Għawdex.