6,200 pensjonant impjegati part-time

Fl-aħħar ta’ Diċembru 2014 kien hemm iktar minn 6,200 pensjonat impjegat part-time.
Dan joħroġ minn informazzjoni mogħtija fil-Parlament mill-Ministru għax-Xogħol Evarist Bartolo fi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonniċi.
Spjega li fost l-impjegati part-time li għalqu t-62 sena 5,716-il persuna kellhom l-impjieg part-time bħala xogħol primarju waqt li 512 kellhom part-time kif ukoll impjieg fulltime. 
Intant, fi tweġiba għall-mistoqsija separata tal-istess deputat, Bartolo qal li l-għadd ta' ħaddiema li kienu jaħdmu fuq bażi part-time f’Għawdex fl-31 ta’ Diċembru 2014 kien ta’ 4,065.
Minnhom 2,126 kellhom l-impjieg part time bħala xogħol primarju waqt li 1,939 kellhom part-time u impjieg fulltime.