6,000 persuna se jirċievu ċekk fil-jiem li ġejjin

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li se jkunu allokati €11-il miljun biex 6,000 persuna jirċievu ċekkijiet “għall-inġustizzji li ġarrbu."
F’konferenza tal-aħbarijet, il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon spjega li dawk li se jibbenefikaw mill-iskema li ħabbar il-Gvern din is-sena huma:

  • Persuni li kienu fil-korpi tax-xogħol u oħrajn  li qabel ma’ daħlu uffiċjalment fis-servizz pubbliku wara s-16 ta’ Jannar 1979 għamlu xi żmien jaħdmu f’dipartimenti tal-Gvern qabel l-1979
  • Ħaddiema tax-xatt li  kienu liċenżjati  bejn l-4 ta’ April 1973 u l-1 ta’ Ġunju 2007 u li ma kinux hekk liċenzjati wara dan il-perjodu.
  • Uffiċjali tal-pulizija  għal “sahra”  maħdum bejn l-1 ta’ Settembru 1993 u l-31 ta’ Diċembru, 2009  

Fost dawn hemm:

  • 2,600 persuna jew l-eredi ta’ dawk li kienu eks-membri tal-korpi u oħrajn ser jircievu l-ħlas dovut lilhom,
  • 634 persuna jew l-eredi ta’ dawk li kienu eks-ħaddiema tax-xatt,  
  • 2,439 uffiċjal tal-pulizija fejn madwar 1,300 għadhom iservu fil-korp, filwaqt li 1,163 huma rtirati jew mejta, u
  • 270 persuna jew l-eredu ta’ eks-ħaddiema tal-Malta Electricity Board 

L-ewwel pagamaneti se jinħarġu din il-ġimgħa.

Ritratt: Jeremy Wonnacott