6,000 inhaler irtirati mis-suq minħabba “difett fatali”

Madwar 6,000 inhaler li tqassmu lill-pazjenti li jbatu bl-ażma ġew irtirati mis-suq wara li nstab li kien hemm difett li jista’ jkun fatali għal min jużhom.
Il-każ beda fir-Renju Unit fejn tħabbar li l-inhalers affetwati huma propju l-Ventolin Accuhaler, kif ukoll is-Seretide Accuhaler.
Il-Ventolin Accuhaler tintuża f’każ ta’ attakk ażmatiku sabiex twaqqaf is-sintomi f’każ ta’ emerġenza. Min-naħa l-oħra is-Seretide Accuhaler tintuża bħala trattament ta’ prevenzjoni.
Madanakollu, il-Ventolin Evohaler, li hija l-iktar inhaler użata ma jidhirx li ġiet affetwata.
Hekk kif bosta Maltin jagħmlu użu minn dawn l-inhalers, Newsbook.com.mt ikkuntattja lill-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) sabiex jikjarifika jekk Malta ġietx affetwata minn dan il-każ. Għaldaqstant l-Awtorità kkonfermat li l-prodott li jinbiegħ f’Malta mhux affettwat.