Ir-raħħala fi kwarantina għandhom jingħataw permessi biex joħorġu – PN

Il-Partit Nazzjonalista qal li r-raħħala qegħdin jilmentaw li minħabba l-kwarantina li jkollhom jagħmlu minħabba l-Covid-19 qegħdin ibatu l-annimali tagħhom. Spjegaw li huma ma jkollhomx min ikun jista’ jmur jitma’ l-annimali tagħhom.

Il-Partit Nazzjonalista qiegħed jappoġġja l-proposta tar-raħħala li għandhom il-bhejjem u l-annimali oħra biex ikunu mgħottija protokolli li jħarsu l-interess tal-annimali u l-bhejjem kif ukoll id-dmir tagħhom għall-kwarantina.

Il-Partit Nazzjonalista qal li ma huma ma jarawx is-settur agrikolu bħala piż iżda bħala pilastru ekonomiku fil-viżjoni ‘Nissaħħu Flimkien’ biex is-settur agrikolu jkun parti mill-mudell soċjo-ekonomiku. Il-kelliem għall-Oppożizzjoni għat-Tisħiħ tal-Agrikoltura u s-Sajd, Delizzji, Self Employed u l-Koperattivi Edwin Vassallo żied li dan il-patt soċjali se jkun ibbażat fuq il-biedja aktar kompetttitiva u sostenibbli.

Din l-istqarrija kienet iffirmata mill-Kelliem Kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Tisħiħ tal-Agrikoltura u s-Sajd, Delizzji, Self Employed u l-Koperattivi, Edwin Vassallo.