58 tarbija mwielda mill-IVF fl-2018

MFH

58 tarbija se jkunu twieldu minn ċikli ta’ IVF li saru fl-2018 f’Malta. Dan l-ammont jinkludi ċikli li saru f’Mater Dei u anke fil-privat.

Din l-informazzjoni ħarġet fi stqarrija tal-Ministeru għas-Saħħa skont informazzjoni li ngħatat miċ-chairperson tal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijuni, f’rapport ta’ ħidma tal-istess awtorità li ġie ppreżentat lill-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.

B’kollox matul l-2018, saru 246 ċiklu ta’ IVF, li rriżultaw f’56 tqala (22.76%), li 4.07% minnhom korrew. Għaldaqstant, ir-rata ta’ trabi li twieldu għall-2018 kienet ta’ 18.70%, żieda ta’ 1.92% fuq is-sena ta’ qabel.

Il-Ministru Fearne qal li minn 34 koppja, 27 għażlu li jużaw l-emendi l-ġodda għal-liġi tal-IVF li daħlu fis-seħħ f’Ottubru li għadda.