58,200 żjara minn pazjenti fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija

Kien hemm 58,216 żjara minn pazjenti fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo bejn Jannar u Awwissu ta’ din is-sena.
Qal dan il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne meta kien qed jirrispondi mistoqsija parlamentari tad-deputat Laburista Silvio Grixti.
Ftit xhur ilu, il-Ministru Fearne kien ħabbar li pazjenti li ma jkunux għadhom qed jirċievu t-trattament għall-kanċer, jistgħu jieħdu xi trattamenti miċ-ċentri tas-saħħa, minflok ma jmorru kull ġimagħtejn fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija.