57% taż-żgħażagħ fl-Istati Uniti jipprattikaw distanza soċjali

REUTERS/Eduardo Munoz

Read in English.

Stħarriġ minn Bospar biex iddetermina kif l-Amerikani jieħdu bis-serjetà t-theddida ta’ COVID-19 u l-aderenza mal-linji gwida ta’ distanza soċjali, żvela li 67% tal-Amerikani japprezzaw li d-distanza soċjali qed tgħin biex itaffu t-tixrid tal-virus.

L-istudju sab li 81% tal-Amerikani ta’ ‘l fuq minn 45 sena ilhom jipprattikaw id-distanza soċjali “kemm jistgħu”, iżda 57% biss ta’ l-adulti żgħażagħ ta’ bejn it-18 u l-24 sena ilhom jipprattikaw is-social distancing “daqs kemm jistgħu ”.

Iżda l-iktar aspett interessanti ta’ dan l-istudju huwa l-mod kif ir-riżultati tiegħu jirriflettu l-qasma politika madwar l-Istati Uniti. Fil-fatt, sejba ewlenija f’dan l-istħarriġ kienet li, ġeneralment, Amerikani anzjani jingħaqdu mad-Demokratiċi fejn qed jieħdu l-pandemija b’mod aktar serju minn Amerikani żgħażagħ u Repubblikani.

“Ovvjament iż-żgħażagħ għandhom inqas biża’ mill-COVID-19, minħabba li r-rati tal-mewt huma tant baxxi, iżda l-fatt li r-Repubblikani qed jibżgħu inqas juri biss is-saħħa tal-ispin u l-messaġġi fil-meżżi tax-xandir,” qal Curtis Sparrer, prinċipal ta’ Bospar. “Il-meżżi tax-xandir li jxaqilbu lejn il-lemin kif ukoll il-President Trump innifsu kienu qed jimminimizzaw il-perikli tal-virus, filwaqt li dawk b’simpatiji lejn ix-xellug qed jieħdu l-pandemija iżjed bis-serjetà.”

Madwar 73% tal-Amerikani jinkwetaw li se jaqbdu COVID-19 meta jitneħħew ir-restrizzjonijiet. Dan jinkludi 85% tad-Demokratiċi u 75% tal-anzjani (Amerikani 65+) iżda 64% biss tar-Repubblikani u 67% taż-żgħażagħ.

Allura, forsi jagħmel sens li aktar Demokratiċi (63%) u anzjani (61%) iħossu li n-negozji għandhom jagħlqu kwalunkwe qasam fejn in-nies ikunu f’xi bnadi viċin – bħal ristoranti u teatri tal-films. 39% biss ta’ żgħażagħ u 41% tar-Repubblikani jaqblu ma’ dan.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn