57 każ ġdid ta’ coronavirus; 12 ifiqu

swabbing center

57 persuna oħra nstabu pożittivi għall-coronavirus wara total ta’ 2,176 swab test. Dan ħareġ mill-aħħar infografika tal-Ministeru għas-Saħħa.

Hawn kien spjegat li fiqu 12-il persuna oħra mill-virus. Dan biex b’hekk fil-pajjiż hawn total ta’ 518-il każ attiv.

Filwaqt li l-każi ġodda tal-lum għadhom qed jiġu investigati, minn dawk li tħabbru lbieraħ hemm: sitt każi li jinvolvu qraba ta’ persuni pożittivi, ħamsa li huma kuntatti diretti, żewġ persuni li huma kuntatti fuq il-post tax-xogħol, każ wieħed importat, każ mill-cluster ta’ Paceville, seba’ minn San Vinċenz de Paul, seba’ edukaturi u student wieħed.