57,000 immigrant jitwaqqfulhom l-istatus ta’ protezzjoni fl-Istati Uniti

L-amministrazzjoni ta’ Trump waqqfet temporanjament l-istatus ta’ protezzjoni lil 57,000 immigrant mill-Honduras.
Skont l-istqarrija li ħareġ id-Dipartiment tas-Sigurtà Interna fl-Istati Uniti (DHS), l-immigranti huma pprojbiti milli jgħixu u jaħdmu fl-Istati Uniti. L-istatus ta’ protezzjoni ġeneralment jingħata lil persuni li jkunu marru l-Istati Uniti minħabba xi diżastri naturali jew gwerer.
L-immigranti mill-Honduras ingħatalhom dan il-permess wara li l-Urugan Mitch ħalla diżastru f’pajjiżhom fl-1998.
Id-DHS taw lil dawn il-persuni 18-il xahar sabiex jitilqu mill-Istati Uniti.
Trump stqarr fuq Twitter li l-fruntiera Amerikana hija taħt assedju u hemm bżonn li jsaħħu r-regolamenti dwar l-immigrazzjoni.