56,715-il student fl-edukazzjoni formali; żieda ta’ 2%

Read in English.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika rreġistra żieda ta’ 1.9% fl-istudenti fl-iskejjel Primarji, ta’ qabel il-Primarja u fl-iskejjel sekondarji.

L-akbar grupp ta’ studenti huma rreġistrati fl-iskejjel primarji li għandhom bejn 5 u 10 snin (46.6%) filwaqt li t-tieni l-akbar grupp huma l-istudenti li għandhom bejn 11 u 15-il sena (36.3%).

It-total ta’ studenti fis-sena skolastika tal-2017/2018 li għandhom bejn sentejn u 16-il sena huwa ta’ 56,715-il student. Dan ifisser 1,041 student aktar mis-sena skolastika ta’ qabel. Dan huwa l-akbar ammont ta’ studenti fl-edukazzjoni formali fl-aħħar sitt snin.

Kważi 30% tal-istudenti jinsabu rreġistrati fl-iskejjel tal-Knisja filwaqt li 58% jattendu skejjel tal-istat. Il-kumplament jattendu fi skejjel indipendenti.