56 tifel u tifla jipparteċipaw fil-kompetizzjoni li tiċċelebra l-Jum Ewropew tal-Lingwi 2020

Jeremy Wonnacott (DOI)

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici flimkien mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu ippremjaw lir-rebbieħa li ħadu sehem fil-kompetizzjoni li tiċċelebra l-Jum Ewropew tal-Lingwi 2020. Il-motto ta’ din is-sena huwa: ‘Bil-lingwi niskopru d-dinja’.

Id-Direttur taċ-Ċentru tal-Litteriżmu, fi ħdan l-Università ta’ Malta, Profs. Charles Mifsud kien preżenti wkoll flimkien ma’ Petya Stavreva, mill-Kamra għal Inizjattivi dwar il-Litteriżmu tal-Balkani u Mark Vella, bħala rappreżentant tal-Kummisjoni Ewropea f’Malta.

Il-Ministru Owen Bonnici enfasizza l-importanza tal-lingwi barranin fid-dinja moderna tal-lum. Huwa qal li l-Kunsill tal-Ewropa jorganizza l-Jum Ewropew tal-Lingwi biex jiċċelebra d-diversità lingwistika. Dan il-jum ilu jiġi ċċelebrat mill-2001.

Il-familji Maltin u Għawdxin, iċ-ċentri ta’ Skolasajf, u klabbs u skejjel oħrajn tas-sajf kienu mistiedna jorganizzaw attivitajiet biex juru l-għarfien tagħhom tal-lingwi f’Malta u kull fejn ikunu.

Dawk li pparteċipaw f’din il-kompetizzjoni kellhom joħolqu filmat qasir li fih juru l-ħiliet komuikattivi tagħhom f’lingwa barranija.

Il-kompetizzjoni kien fiha 4 kategoriji skont l-età: 

  • Minn 3 snin sa 7;
  • Minn 8 snin sa 11-il sena;
  • Minn 12 sa 15-il sena;

Minn kull kategorija ntagħzlu tliet rebbieħa. Iċ-ċentri jew skejjel bl-ikbar ammont ta’ parteċipanti f’kull kategorija rċevew premju wkoll.

Il-filmati ntbagħtu f’messaġġ privat lill-paġna ta’ Facebook uffiċjali: ‘Il-Politika Lingwistika’.

Ir-rebbieħa f’kull kategorija huma:

3-7 snin

  • L-ewwel post: Julia Barbara
  • It-tieni post: Fathi Aboujaafar
  • It-tielet post: Julien Bouvier

8-11 snin

  • L-ewwel post: Lara and Lisa Giordmaina
  • It-tieni post: Elly Cutajar
  • It-tielet post: Sara Garcia Conrad

12-15 snin

  • L-ewwel post: Alexandra Bugeja
  • It-tieni post: Amelie Calleja
  • It-tielet post: David Attard u Mattea Micallef