55,000 persuna affettwati bl-istrajk tar-Ryanair

REUTERS/Wolfgang Rattay

Madwar 55,000 passiġġier tal-linja tal-ajru Ryanair spiċċaw jibdlu l-pjanijiet hekk kif il-bdoti tal-kumpanija Ryanair għamlu għaddejjin bi strajk f’ħames pajjiżi Ewropej.

Qabel il-Milied, il-kumpanija għall-ewwel darba fi 30 sena li ilha topera għarfet l-unjins iżda għadt ma rnexilliex twaqqaf il-protesti li qed iqumu minħabba li negozjati tal-ftehim kollettivi qed jimxu bil-mod.

Fl-aħħar jiem Ryanair kienet ħabret li madwar 250 titjira ġew ikkancalleti minn u lejn il-Ġermanja, 104 minn u lejn il-Belġju u 42 mill-Iżvezja u l-Irlanda.

Madwar 42,000 passiġġier intlaqgħtu fil-Ġermanja bil-maġġoranza tagħhom jagħżlu li jtiru fiuq titjira oħra tal-kumpanija filwaqt li l-oħrajn għażlu li jieħdu flushom lura jew li jagħżlu rotta oħra.