550 siġra aktar fil-proġett Central Link – Borg

Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li fil-pjanijiet riveduti tal-proġett tas-Central Link hemm maħsub li jkun hemm 550 siġra aktar milli hemm illum. Dan se jseħħ peress li se jitħawwlu 700 siġra ġdida ta’ speċi indiġeni Maltin.

Borg qal ukoll li se tittieħed inqas art agrikola, u se jkun hemm żieda qawwija tal-faċilitajiet għall-ivvjaġġar b’mezzi alternattivi, fosthom żieda fil-korsiji għar-roti u żewġ mini ġodda għal dawk li jkunu jridu jaqsmu t-triq, kif ukoll 10 kilometri ta’ bankini u passaġġi għal mixi.

L-Inġinier Fredrick Azzopardi qal li l-ħin tal-ivvjaġġar se jonqos bin-nofs u l-kwalità tal-arja se jitjieb bi 13%.