550 persuna b’diżabiltà ngħataw impjieg fl-2015

Madwar 550 persuna b’diżabiltà ngħataw impjieg fl-2015.
Dan joħroġ minn statistika mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Ministru għax-Xogħol Evarist Bartolo fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar.
L-istatistika turi li l-għadd ta’ persuni b’diżabilità li kienu ngaġġati fi mpjieg fl-aħħar sitt snin kien ta’ 1,411 li minnhom, madwar tnejn minn kull ħamsa kienu ngaġġati s-sena li għaddiet. L-għadd ta’ persuni b’diżabiltà li sabu mpjieg fl-2015 kien jirrapreżenta żieda ta’ 75% fuq is-sena ta’ qabel.
Fl-istess ħin, madwar 3,000 persuna b'diżabiltà baqgħu jfittxu x-xogħol.