550 atleta jinkitbu għall-Gozo Half Marathon

Iktar minn 550 atleta diġà rreġistraw għat-Teamsport Gozo Half Marathon, li se ssir il-Ħadd li ġej bi tluq mill-pjazza tax-Xagħra.
Il-maratona attirat anke atleti li ġejjin minn 32 pajjiż minbarra Malta, il-parti l-kbira minn pajjiżi oħra tal-UE għalkemm se jieħdu sehem ukoll atleti mill-Istati Uniti, mill-Awstralja, mill-Amerika t’Isfel u mill-Ażja.
L-applikazzjonijiet jintlaqgħu sal-Ġimgħa u huma suġġetti għal miżata għal applikazzjonijiet li jsiru tard. Iktar informazzjoni tinkiseb mis-sit elettroniku apposta.