550 annimal ikkastrat matul l-aħħar kampanja

Waqt l-aħħar kampanja ta’ ikkastrar tal-annimali tat-triq, ġew operati 550 annimal li minnhom 478 kienu qtates u 72 kelb. Ġew iċċipjati wkoll 13-il kelb.

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali sostna li grazzi għall-għajnuna mill-Organizzazzjoni mhux Governattiva ETN din il-kampanja kienet waħda suċċess, hekk kif bdew jiġu operati medja ta’ 60 annimal kuljum.

Apparti veterinjarji Maltin taw l-għajnuna tagħhom ħames veterinarji barranin.

Il-qtates inġabru minn numru ta’ lokalitajiet f’Malta.

Matul l-istess ġimgħatejn, il-veterinarji żaru wkoll xi santwarji inkluż dak tal-Għammieri.