55 organizazzjoni jieħdu sehem fl-attività Youth meet Youth

Ħamsa u ħamsin organizazzjoni ħadu sehem fl-attività Youth meet Youth waqt li poġġew għal wiri x-xogħol u l-proġetti li għamlu, fl-oqsma differenti.
L-attività li kienet organizzata mill-Aġenzija Żgħażagħ b’kollaborazzjoni mal-UEPA kellha l-għan li ż-żewġ entitajiet jiltaqgħu u jippromwovu l-programmi u l-iskemi tagħhom. Fost dawn kien hemm l-iskemi lokali Be Active u A4U u skemi oħra tal-Unjoni Ewropea fl-edukazzjoni, it-taħriġ u l-Youth Erasmus+.
Matul l-attività li saret fi tmiem il-ġimgħa ġewwa l-Qawra, saru żewġ workshops. Wieħed minnhom kellu l-għan li jistimula mexxejja żgħażagħ biex ikunu kreattivi. It-tieni workshop serva bħala informazzjoni u pariri għaż-żgħażagħ.
Is-Segretajru Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u Sports, Chris Agius, żar din l-attività u rringrazja lil dawk kollha li ħadu sehem u ħeġġeġ biex din issir avveniment annwali. 

Ritratt: DOI