55 każ ġdid ta’ coronavirus; każ wieħed impurtat

Miguela Xuereb

Read in English.

F’Malta ġew irreġistrati 55 każ ġdid ta’ coronavirus bi 43 persuna oħra fiqu mill-virus. Dan ġie rrġistrat fl-istatistika tal-Ministeru għas-Saħħa li qed tiġi ppubblikata kuljum fuq Facebook.

Fost dawn il-każijiet ġodda hemm każ wieħed impurtat, 5 każijiet fost il-familji ta’ persuni pożittivi, 5 persuni li kellhom kuntatt dirett ma’ persuni pożittivi, 4 minn gatherings, żewġ kollegi tax-xogħol u każ ieħor mill-cluster ta’ Paceville.

L-għadd ta’ każijiet ġodda tal-lum wasslu biex f’Malta hawn 680 każ attiv. Mill-bidu tal-pandemija sa issa kien hemm 977 persuna li rkupraw mill-virus u 10 persuni mietu bl-aħħar wieħed kien il-Ġimgħa li għaddiet.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn