55 kandidat jissieltu għal 12-il siġġu

Il-Kummissjoni Elettorali f’ħamest’ijiem irċeviet 55 il-nominazzjoni għall-elezzjonijiet każwali tal-partiti rispettivi.
Kandidati Partit Laburista 
F’isem il-PL kien hemm 34 nominazzjoni:
Fit-tieni distrett li tbattal minn Helena Dalli tefgħu n-nomina tagħhom Glenn Bedingfield, Stefano Carlo Buontempo u Mark Causon.
Sitt nominazzjonijiet tefgħu n-nomina fir-raba’ distrett li tbattal minn Chris Fearne: Stefano Carlo Buontempo, Jose Cilia, Andy Ellul, Etienne Grech, Dominic Grima u Rita Connie Sammut.
L-aktar distrett li fih tefgħu nomina kien il-ħames distrett li ġie battal mill-Prim Ministru. F’dan id-distrett kien hemm 11-il nominazzjoni: Glenn Bedingfield, Luciano Busuttil, Roderick Cachia, Mario Calleja, Joseph Cutajar, Joseph Farrugia, Edric Micallef, Sebastian Muscat, Rita Connie Sammut, Carlo Stivala u Stefan Zrinzo Azzopardi.
Fis-sitt distrett elettorali li tbattal minn Silvio Schembri tefgħu n-nomina tagħhom Rosianne Cutajar u  Gavin Gulia.
Erba’ nominazzjonijiet ġew preżentati fit-tmien distrett li tbattal minn Edward Scicluna: Ian Castaldi Paris, Rosianne Cutajar, Rachel Tua, Edward Zammit Lewis.
Għall-post li tbattal minn Michael Falzon fid-disa’ distrett tefgħu n-nomina: Conrad Borg Manchè, Manuel Mallia, Nikita Zammit Alamango u Edward Zammit Lewis.
Fit-12-il distrett elettorali li tbattal minn Evarist Bartolo tefgħu n-nomina erba’ persuni: Matthew Joseph Attard, Clayton Bartolo, Dominic Grima u Deborah Schembri.
Kandidati Partit Nazzjonalista 
F’isem il-PN kien hemm 21 il-nominazzjoni:
Fis-seba’ distrett li tbattal minn Beppe Fenech Adami tefgħu  n-nomina tagħhom Sam Abela, Peter Micallef u Ian Mario Vassallo.
Anthony Buttigieg, Graziella Attard Previ, Karol Aquilina, Roselyn Borg,  Evelyn Vella Brincat, Wayne Hewitt, George Pullicino u Nicholas Refalo tefgħu n-nomina tagħhom fl-10 distrett li tbattal minn Robert Arrigo
Ivan Bartolo, Alexander Perici Calascione, Maria Fatima Deguara,  Graziella Galea u Alexander Louis Mangion tefgħu n-nomina tagħhom fuq il-11-il distrett li tbattal mill-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil u minn David Agius.
Ħames persuni: Vincent Galea, Ryan Mercieca, Maria Portelli, David Stellini u Jason Zammit tefgħu n-nomina tagħhom fuq it-13-il distrett li tbattal minn Marthese Portelli.
Intant l-elezzjoni każwali tal-Partit Laburista se ssir nhar it-Tlieta li ġej filwaqt li  tal-Partit Nazzjonali se ssir nhar l-Erbgħa li ġej.