55 jinqatlu fil-vjolenza fin-Niġerja

Ħamsa u ħamsin persuna nqatlu fl-istat ta’ Kaduna fit-Tramuntana tan-Niġerja fil-vjolenza li kien hemm f’dawn l-aħħar ġranet.

Dan ġie ikkonfermat mil-Kummisarju tal-Pulizija lokali. Ahmad Abdur-Rahman qal li t-tensjoni bejn iż-żewġ komunitajiet f’Kasuwan Magani fin-nofsinhar ta’ Kaduna wassal għal 22-il arrest. Il-President Muhammadu Buhari ikkundanna il-vjolenza fi stqarrija tard is-
Sibt.