544 każ ta’ bbuljar bejn istudenti; 43 fuq għalliema

Read in English.

Is-sena skolastika li għaddiet kien hemm 544 każ ta’ bbuljar bejn l-istudenti, waqt li l-każijiet ta’ bullying ta’ studenti fuq l-għalliema kienu 43.

Dan ħareġ minn mistoqsijiet parlamentari tad-deputat Laburista Byron Camilleri lill-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo.

Bartolo qal li fuq il-każijiet ta’ bbuljar bejn studenti, n-National School Support Services (NSSS) fi ħdan id-Direttorati tal-Edukazzjoni, u l-iskejjel konċernati, ħadu l-miżuri meħtieġa skont in-natura tal-każ.

Fost dawn kien hemm sessjonijiet ta’ counselling, mal-psikoloġi, social workers u ma’ professjonisti kemm mal-vittma kif ukoll mal-aggressur.

Barra minn hekk, il-Guidance Teachers tal-Anti-Bullying Team żaru l-iskejjel kull fejn kienu rrappurtati każi bħal dawn, biex bi proċeduri u miżuri stabbiliti, jagħtu l-għajnuna professjonali tagħhom.

Fuq il-każijiet ta’ studenti fuq għalliema, dawn il-każijiet gew irrapportati permezz ta’ portal li ġie mniedi bħala sapport għall-edukaturi f’Jannar 2019. It-30 rapport kien marbuta ma’10 każijiet.

Id-Direttur Ġenerali għal Servizzi Edukattivi rċeviet ukoll 13-il każ ieħor mhux permezz tal-portal. Il-każijiet ġew riferuti lill-Prinċipali tal-Kulleġġi li bl-għajnuna tas-servizz ta’ appoġġ preżenti f’kull kulleġġ.