54 każ ġdid; l-iżgħar pazjent tarbija ta’ sena

Miguela Xuereb

Read in English.

Malta rreġistrat 54 każ ġdid ta’ coronavirus. L-iżgħar persuna li ttestjat pożittiv għall-virus mill-aħħat testijiet li saru hija tarbija ta’ sena.

Dawn iċ-ċifri tħabbru mill-Ministeru għas-Saħħa li qal li fl-aħħar 24 siegħa saru 1,789 swab test.

Filwaqt li l-iżgħar każ huwa ta’ tarbija ta’ sena, l-akbar persuna li ħarġet pożittiva għall-COVID-19 hija persuna ta’ 75 sena.

Mill-aħħar każi tnax huma relatati mal-cluster ta’ Paceville, tlieta huma relatati ma’ skejjel tal-Ingliż, u disa’ huma qraba ta’ persuni li diġà ħarġu pożittivi. Dan ifisser li l-maġġoranza tal-każi tal-lum huma sporadiċi.

F’avviż legali li daħal fis-seħħ ilbieraħ kull min jinqabad mingħajr maskra fi ħwienet tal-merċa, fit-terminals jew l-arjuport jeħel multa ta’ mitt ewro.