53 talba pendenti għall-maħfra Presidenzjali

Bħalissa hemm 53 talba pendenti għal maħfra Presidenzjali sal-31 ta’ Jannar. Dan ħareġ wara li d-deputat tal-Oppożizzjoni Karol Aquilina staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici fil-Parlament.

Aquilina saqsa dwar kemm hemm talbiet pendenti għall-maħfra Presidenzjali, bil-Ministru jwieġeb li hemm 53 talba.

Aquilina saqsa wkoll kemm il-maħfra Presidenzjali ngħatat bejn 1 ta’ Mejju 2017 sat-3 ta’ Ġunju 2017, b’Bonnici jwieġeb li ma ngħatat l-ebda maħfra tul dan il-perjodu.