53 persuna maqtula f’attakk terroristiku

53 persuna sfaw maqtula filwaqt li mal-200 oħra midruba wara li kien hemm karozza bomba fil-qalba ta’ Damascus.

Din il-karozza kienet viċin ħafna ta’ triq li tintuża ħafna, qrib ukoll l-uffiċini li jintużaw mill-Partit tal-Baath. Il-midja Sirjana qed tgħid li dan kien attakk terroristiku kontra l-president Bashar al-Assad.

Fost il-vittmi ta’ din l-isplużjoni hemm ukoll tfal.