53 każ ġdid ta’ coronavirus; ifiqu 18

Miguela Xuereb

Read in English.

Malta kellha 53 każ ġdid ta’ coronavirus filwaqt li fiequ 18-il persuna. B’hekk it-total ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 499.

Dan tħabbar mill-Ministeru tas-Saħħa fuq Facebook.

It-53 każ ġdid irriżultaw minn 1,736 swab test.

OFFICIAL COVID-19 figures for 14•09•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Monday, September 14, 2020

Ilbieraħ Malta kellha numru rekord ta’ każijiet f’ġurnata, 78 każ, li minnhom kien hemm:

  • 24 fid-dar tal-anzjani St Joseph fil-Fgura
  • 2 każijiet oħra minn djar tal-anzjani oħrajn
  • 16-il każ ta’ membri tal-familja ta’ każijiet oħra
  • 2 każijiet ta’ kollegi tax-xogħol ta’ nies li kellhom il-virus
  • 2 każijiet ta’ persuni li kellhom kuntatt dirett ma’ min kien pożittiv
  • 2 każijiet impurtati
  • 2 każijiet mill-cluster ta’ kompetizzjoni tal-bodybuilding

Dan ifisser li t-28 każ ieħor li ma ngħatawx dettalji dwarhom kienu sporadiċi, jiġifieri każijiet li ttieħdu mill-komunità.