523 anzjan jibbenefikaw minn respite

Medja ta’ 16-il anzjan fix-xahar gawda mis-servizz ta’ respite, offrut mill-Gvern offrut lill-familji li jieħdu ħsieb lill-anzjani fid-dar tagħhom, minn Marzu 2013 sa llum.
Dan qalu l-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Laburista Godfrey Farrugia.
Permezz ta’ dan is-servizz, il-Gvern joffri sa massimu ta’ tliet ġimgħat ta’ servizz ta’ kura lill-anzjan biex jittaffielhom ftit il-piż.
Farrugia spjega li matul dan il-perijodu kien hemm 523 persuna li bbenefikaw mis-servizzi kollha ta’ respite; 501 f’Malta u 22 f’Għawdex.
Qal ukoll, li fil-perijodu indikat, is-sodod ta’ respite żdiedu b’16 – 14 f’Casa Leone u 2 f’Villa San Lawrenz, Għawdex.