​52 produzzjoni ċinematografika internazzjonali f’Malta

Kien hemm 48 produzzjoni ċinematografika internazzjonali li bbenefikaw minn għajnuna mill-Kummissjoni tal-Films u użat lil Malta bħala l-post tal-produzzjoni.
Minn dawn 16-il produzzjoni użaw il-faċilitajiet fil-Malta Film Studio waqt li erba’ produzzjonijiet oħra ma applikawx għall-inċentivi finanzjarji li toffri l-Kummissjoni.
Il-Ministru Owen Bonnici qal li dawn il-produzzjonijiet saru mill-2013 sal-lum, skont statistika li tinġabar mill-Kummissjoni tal-Films.