52 persuna f’periklu fiż-żona ta’ salvataġġ Maltija – Alarm Phone

SeaWatch

Read in English.

Alarm Phone qalet li 52 persuna jinsabu f’diffikultà fil-baħar fiż-żona ta’ salvataġġ Maltija.

Fuq Twitter, l-għaqda kitbet li dawn ilhom jumejn il-baħar wara li ħarbu mil-Libja.

Is-sitwazzjoni ġiet deskritta bħala waħda pjuttost drammatika, peress li ma fadlilhomx x’jieklu u x’jixorbu. Apparti dan, il-magna tad-dgħajsa li jinsabu fuqha jidher li waqfet taħdem, u ma jistgħux jiċċaqalqu.

Alarm Phone appellat lill-awtoritajiet sabiex jgħinu lil dawn l-immigranti. Madwar siegħa ilu, kitbet li l-bastiment Seabird tal-għaqda Seawatch ra din id-dgħajsa, u jidher li l-bastiment tal-merkanzija Talia jinsab qribha. L-għaqda qed tittama li l-bastiment Talia jgħin lin-nies li qegħdin bejn sema u ilma.