51 Kunsill għandhom kameras tas-sigurtà

Il-Ministru għall-Kunsilli lokali Owen Bonniċi qal li hemm 51 Kunsill differenti li joperaw sistemi ta’ CCTV fil-lokalità tagħhom.

Il-Ministru kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Claudio Grech. Bonnici spjega li l-Gvern nieda kumpanija Safe City Malta li qegħda tagħmel il-provi fuq fit-teknoloġija tal-Huawei bl-għan li tiżviluppa teknoloġija tal-facial recognition.

Fisser li bl-emendi fil-liġi din għalissa tista’ tintuża’ fil-lokalità tal-Marsa u Paceville biex tgħin lill-Pulizija fl-operat tagħhom.

Il-lokalitajiet li għandhom CCTV imħaddma mill-Kunsill Lokali huma dawn:

Il-Belt VallettaMarsaskala 
L-ImdinaMarsaxlokk 
Il-BirguIl-Mellieħa 
L-IslaL-Imġarr 
BormlaIl-Mosta 
Ħal QormiIn-Nadur 
Ħaż-ŻabbarPaola 
Is-SiġġiewiPembroke 
Iż-ŻejtunTal-Pietà 
Ir-Rabat (G)Il-Qala 
Ħ’AttardIl-Qrendi 
Ħal BalzanSan Ġiljan 
BirkirkaraSan Lawrenz 
Ħad-DingliSan Pawl il-Baħar 
FlorianaTa’ Sannat 
Il-FontanaSanta Luċija 
GħajnsielemTas-Sliema 
L-GħarbIs-Swieqi 
Ħal GħargħurTa’ Xbiex 
L-GħasriĦal Tarxien 
Ħal GħaxaqIx-Xagħra