​51 konsulent kliniku ġdid fil-qasam tas-saħħa

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li l-Gvern ingaġġa 51 konsulent kliniku ġdid fil-qasam tas-saħħa mill-2013 'l hawn.
Meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, il-Ministru Fearne qal li bħalissa hemm 258 konsulent jagħtu servizzi mediċi fl-isptarijiet u ċentri tas-saħħa u li huma Professuri u Speċjalisti impjegati mal-Ministeru għas-Saħħa.
Il-Viċi Prim Ministru qal li dawn il-konsulenti jagħtu s-servizzi tagħhom lill-pazjenti kollha f’diversi dipartimenti.
Huwa qal li fl-2013 in-numru ta’ konsulenti kien ta’ 207 mpjegati mad-Dipartiment għas-Saħħa.