51 Ambaxxatur Malti f’pajjiżi madwar id-dinja

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela qal li Malta għandha b'kollox 51 ambaxxatur, li minnhom 25 huma ambaxxaturi residenti, jiġifieri joqogħdu fil-post fejn iservu. 
Dejjem għall-mistoqsijiet parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista David Stellini dwar l-Ambaxxati Maltin madwar id-dinja, il-Ministru Abela spjega li l-Ambaxxaturi jirrappreżentaw lil Malta, li skont il-Kostituzzjoni tinkludi wkoll lil Għawdex. 
Il-Ministru ħabbar ukoll li hi l-intenzjoni tal-Gvern Malti, li meta sitwazzjoni fil-Libja terġa' tiġi għan-normal, jerġa' jiftaħ l-Ambaxxata fi Tripli.