519 migranti jinżlu fil-port ta’ Pozzallo

Read in English.

Matul il‑lejl li għadda fil‑port ta’ Pozzallo niżlu 519 persuna li kienu abbord il‑bastiment Diciotti tal‑Guardia Costiera Taljana, wara li kienet ilha sebat ijiem fuq il‑baħar.

10 migranti waslu waranofsinhar wara evakwazzjoni medika ta’ 6 itfal, tliet nisa u żagħżugħ ta’ 21 sena. It‑tobba kkonfermaw li r‑raġel, li l‑katavru tiegħu ttieħed minnufih il‑kamra mortwarja għal eżami mediku legali, miet minħabba l‑għarqa. Skont xhieda fuq il‑vapur, il‑vittma kien Niġerjan marid ħafna u kien qed jaqsam il‑baħar waħdu.

L‑ewwel li niżlu minn fuq il‑vapur Taljan kienu 30 mara li qed jistennew tarbija u ttieħdu mill‑ewwel fl‑isptarijiet ta’ Ragusa.