508 single parent bi tnaqqis gradwali tal-benefiċċji soċjali wara li sabu xogħol

508 single parent gawdew mis-sistema ta’ tapering fejn ġenituri waħidhom ma jitilfux il-benefiċċju tal-qagħad b’mod immedjat kif jibdew jaħdmu, iżda dan jibda jonqos gradwalment fuq medda ta’ tlett snin hekk kif huma jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Dan qalu l-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali fi tweġiba parlamentari għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Godfrey Farrugia. Intant fi tweġiba separata għall-mistoqsija tal-istess interpellant Farrugia qal ukoll li bejn Jannar u Lulju ta’ din is-sena 236 persuna rregolarizzaw rwieħhom dwar benefiċċji soċjali li ma kienux intitolati għalihom u dan wassal biex il-Gvern jiffranka €623,700.