500 persuna tniżżel l-app ta’ Newsbook wara biss 24 siegħa

Ftit aktar minn 24 siegħa wara li kisbet l-approvazzjoni tal-kumpanija internazzjonali Apple, aktar minn 500 ruħ niżżlu l-application tal-aħbarijiet Newsbook fuq il-mowbajl.

Chris Borg f’isem il-kumpanija Vioside li ħadet ħsieb tiżviluppa l-application Newsbook qal li sa minn meta ħarġet fl-Apple Store, Newsbook kienet fl-għola pożizzjonijiet tad-downloads.

Din l-application hija disponibbli għal kull minn għandu jew iphone jew ipad, u fil-jiem li ġejjin l-app se tkun disponibbli wkoll għal kull min għandu mowbajl li jaħdem bis-sistema Android.