500 persuna salvati wara li telqu mil-Libja

Il-Ministru għad-Difiża Spanjol qal li ġew salvati 494 persuna li telqu mil-Libja fuq dgħajsa tal-injam.
L-awtoritajiet spjegaw dawn in-nies ġew salvati waqt li kienu fi triqthom lejn l-Ewropa.
Fost l-494 persuna kien hemm 18-il mara u tmint itfal.
Fis-Summit li sar Malta l-mexxejja tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea laħqu ftehim dwar pjan ta’ €200 miljun li jinkludi li dgħajjes tal-immigranti jitwaqqfu milli jħallu l-Libja u tissaħħaħ il-ħidma ta’ difiża fin-nofsinhar tal-fruntiera ma’ dan il-pajjiż.
Il-Kap tal-MEUSAC, Dr Vanni Xuereb li huwa l-kumitat li jieħu ħsieb jidderieġi l-proċessi tal-konsultazzjoni dwar il-leġislazzjonijiet Ewropej, qal li l-ftehim li ntlaħaq fis-summit informali f’Malta dwar l-immigrazzjoni huwa mmirat biex ikun hemm kontroll effettiv tal-fruntiera esterna tal-Unjoni Ewropea.